Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) l-EDPB

L-EDPB jista’ jipproċessa d-data personali tiegħek għal għadd ta’ raġunijiet, mill-indirizzar ta’ talbiet pubbliċi għall-informazzjoni, kwistjonijiet marbuta mal-persunal, informazzjoni għall-viżitaturi, kooperazzjoni ma’ awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data sabiex jiġu indirizzati l- ilmenti, biex insemmu xi wħud.

L-EDPB, kif inhu l-każ għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, huwa obbligat li jkun konformi  mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data speċifikament applikabbli għalih.

Minbarra li tispeċifika l-prinċipji legali għall-ipproċessar tad-data personali, il-liġi tipprovdi li mill-inqas, Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data wieħed (UPD) għandu  jinħatar mill-EDPB.

B’mod ġenerali, il-kompitu tal-UPD huwa li b’mod indipendenti, jiżgura li l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tiġi applikata fl-EDPB.

Ir-regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-UE qed jiġu rriformati sabiex jinġiebu konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jagħmlu lill-istituzzjonijiet tal-UE aktar responsabbli fil-mod kif jipproċessaw id-data personali. Din id-dikjarazzjoni għalhekk se tiġi adattata meta tintemm ir-riforma.

Int tista’ tikkuntattja l-UPD tagħna jew bl-email fuq EDPB-DPO@edpb.europa.eu jew tista’ tibagħtilna t-talba tiegħek bil-posta.