European Data Protection Board

Sejbiet ta’ konsistenza

Aħna nużaw il-mekkaniżmu ta’ konsistenza sabiex nippromwovu l-applikazzjoni konsistenti tal-GDPR mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej:

  • Opinjonijiet
    Aħna nistgħu noħorġu opinjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni dwar l-applikazzjoni ġenerali tal-GDPR, jew kwalunkwe kwistjoni li jkollha effett fuq aktar minn Stat Membru wieħed.

Barra minn hekk, aħna noħorġu opinjonijiet dwar xi deċiżjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej, li jkollhom effetti transkonfinali. L-awtoritajiet iridu jikkondividu l-abbozzi tad-deċiżjonjiet tagħhom magħna qabel l-adozzjoni; aħna mbagħad se noħorġu opinjoni dwarhom.

Jekk l-awtoritajiet jonqsu milli jirrispettaw opinjoni li tinħareġ mill-EDPB, aħna nistgħu nadottaw deċiżjoni vinkolanti.

 

  • Deċiżjonijiet vinkolanti
    Il-GDPR joħloq sistema ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, li tippermettilna nieħdu deċiżjonijiet vinkolanti, fejn awtoritajiet superviżorji differenti jkollhom fehmiet differenti jew fejn awtorità nazzjonali ma ssegwix l-opinjoni tal-EDPB dwar abbozz ta’ deċiżjoni soġġett għal konsultazzjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet vinkolanti tagħna jiġu rispettati mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali meta dawn ikunu qed jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom.