Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jippubblika dokument ta’ Mistoqsijiet Frekwenti (FAQ) dwar is-sentenza tal-QĠUE C-311/18 (Schrems II)

Friday, 24 July, 2020

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jippubblika dokument ta’ Mistoqsijiet Frekwenti (FAQ) dwar is-sentenza tal-QĠUE C-311/18 (Schrems II)

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-311/18 - il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data vs Facebook Ireland Ltd u Maximillian Schrems, l-EDPB adotta dokument ta’ “Mistoqsijiet Frekwenti” biex jipprovdi kjarifika inizjali u jagħti gwida preliminari lill-partijiet ikkonċernati dwar l-użu ta’ strumenti legali għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi, inklużi l-Istati Uniti. Dan id-dokument se jiġi żviluppat u kkumplimentat, flimkien ma’ gwida ulterjuri, hekk kif l-EDPB ikompli jeżamina u jivvaluta s-sentenza tal-Qorti. 

Id-dokument FAQ dwar is-sentenza tal-QĠUE C-311/18 jista’ jinstabhawnhekk.

EDPB_Press Release_statement_2020_06