European Data Protection Board

Kooperazzjoni internazzjonali

Aħna nikkooperaw ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi barra mill-UE, sabiex nappoġġaw l-infurzar effettiv tal-liġi u nikkondividu l-aħjar prattiki.

Aħna nagħmlu dan billi naħdmu fi ħdan numru ta’ oqfsa internazzjonali, jew bħala l-EDPB jew permezz tal-membri individwali tagħna. Aħna nippromwovu wkoll programmi ta’ taħriġ komuni u skambji tal-persunal.

Oqfsa ta’ kooperazzjoni internazzjonali

Hawnhekk hawn lista mhux eżawrjenti tal-Oqfsa ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta’ privatezza u ta’ protezzjoni tad-data.

  • Kunsill tal-Ewropa (KtE) istituzzjoni internazzjonali li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-protezzjoni tad-data. Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (Konvenzjoni 108) tal-Kunsill tal-Ewropa hija miftuħa għall-aċċess kemm għall-pajjiżi Ewropej kif ukoll dawk mhux Ewropej
  • Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) - organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi t-titjib tal-ħajja ekonomika u soċjali tal-persuni fid-dinja kollha. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sigurtà u l-Privatezza fl-Ekonomija Diġitali (SPDE) jaħdem fuq politiki li jiżguraw li s-sigurtà diġitali u l-protezzjoni tal-privatezza jappoġġaw l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali
  • Konferenza Internazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kummissarji tal-Privatezza (ICDPPC) – konferenza globali
  • Konferenza tar-Rebbiegħa tal-Awtoritajiet Ewropej tal-Protezzjoni tad-Data
  • Global Privacy Enforcement Network (Netwerk Globali tal-Infurzar tal-Privatezza) (GPEN) - netwerk ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-privatezza
  • Berlin Group (Grupp ta’ Berlin) - Grupp ta' Ħidma Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Data u t-Telekomunikazzjonijiet (ICDPPC)
  • French-speaking Association of Personal Data Protection Authorities (Assoċjazzjoni li tinqeda bil-Franċiż tal-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data Personali) (AFAPDP);
  • Central and Eastern Europe Data Protection Authorities (Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant) (CEEDPA);
  • Asia Pacific Privacy Forum (Forum tal-Privatezza tal-Asja u tal-Paċifiku) (APPA) - netwerk ta’ awtoritajiet tal-privatezza Asjatiċi
  • Asia-Pacific Economic Cooperation (Kooperazzjoni Ekonomika bejn l-Asja u l-Paċifiku) (APEC);
  • Common Thread Network (Netwerk ta’ Elementi Komuni) (CTN)
  • Ibero-American data protection network (netwerk tal-protezzjoni tad-data Ibero-Amerikan) (RIPD)